ARA: L-Oppożizzjoni trid tmur lura minflok 'il quddiem | One News

Notifiki

ARA: L-Oppożizzjoni trid tmur lura minflok ‘il quddiem

Mistoqsi  dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF approvati din il-ġimgħa l-Prim Ministru spjega kif dan hu twettieq ta’ punt importanti ieħor mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Bil-liġi approvata wieħed issa jrid jinnota d-dikjarazzjonijiet tal-Oppożizzjoni.

“Għandna oppożizzjoni li trid treġġa’ l-arloġġ lura,” stqarr il- Prim Ministru. Joseph Muscat kompla jispjega kif din mhux l-ewwel darba li l-Opppożizzjoni qalet li se treġġa’ lura l-bidliet wara li l-pajjiz ikun għamel progress. Fisser kif dawn huma d-differenzi l-kbar bejn iż-żewġ partiti.

Drabi oħra fejn l-Oppożizzjoni qalet li se treġġa’ l-arloġġ lura jinkludu l-vjolenza domestika kif ukoll il- 100 siegha leave li ta dan il-gvern lil min jagħmel l-IVF.

“Min irid imur ‘il quddiem u min irid jimxi b’lura… Aħna verament il-moviment tal-bidla,” insista l-Prim Ministru Joseph Muscat, f’intervista rrekordjata li xxandret fuq One Radio sigħat qabel mexxejja Ewropej jiltaqgħu fi Brussell dwar is-suġġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend