Kanzunetta ġdida b'dedika lil Malta Rebbieħa fil-Kalkara | One News

Notifiki

Kanzunetta ġdida b’dedika lil Malta Rebbieħa fil-Kalkara

Ilbieraħ is-Sibt 23 ta’ Ġunju fil-Kalkara s-Soċjetà tal-Għaqda Mużikali San Gużepp ittellgħet attività fejn ġiet imneddija kanzunetta ġdida b’ dedika lil Malta Rebbieħa fejn l partitarji Ġużeppini ta’ din Soċjetà jsibuhom bħala tal-Malta.

Kanzunetta li fiha insibu deskritt l-assedju l kbir, is-swar u l-qilla fil-Port il-kbir kif ukoll il-Kalkara. Kanzunetta li fiha kemm l-awtur u l-kompożitur jesprimu l-qilla, it-tbatija u rebħa ta’ Malta Rebbieħa kif ukoll ir-rabta ta’ mħabba, il-passjoni u d-dedikazzjoni li għandu l-poplu Kalkariż lejn pajjiżu. Il-Mużika hija ta’ Ray Sciberras u l-Lirika ta’ Sebastian Saliba.

Id-dimostrazzjoni unika bl-istatwa ta’ Malta Rebbieħa fil-Kalkara ser tiġi ċċelebrata lejliet l-festa ta’ San Ġużepp nhar is-Sibt 14 ta’ Lulju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend