Tifla ta 7 snin ġiet salvata minn ħalq il-mewt wara li għerqet ġewwa stabbiliment tal-logħob akwatiku f’Baħar iċ-Ċagħaq.L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa tal-bieraħ filgħaxija meta l-ġenituri lemħu lil binthom bla ħajja fil-wiċċ ta’ wieħed mill-pools.
Kien hawn fejn din it-tifla ttellgħet mill-ilma u nbeda CPR minn infermiera li nzertat fil-kumpless sakemm wasal tim mediku b’ambulanza u ħadha b’urġenza l-isptar Mater Dei. Hawnhekk hija ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Dwar dan il-każ l-infermiera appellat fuq il-midja soċjali sabiex ikun hawn aktar ħarsien dwar l-ewwel għajnuna u sabiex stabbilimenti ta’ dan it-tip ikollhom impjegati mħarrġa sabiex iħarsu l-pools.
L-investigazzjonijiet qed isiru mill-Pulizija mid-Distrett tan-Naxxar.