Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li mid-diskussjonijiet li saru waqt laqgħa informali bejn Prim Ministri Ewropej jidher li hemm qbil dwar bidliet operazzjonali dwar l-immigrazzjoni.
F’kummenti lill-ġuranlisti fi tmiem il-laqgħa li ħadet madwar tliet sigħat, Dr Muscat saħaq fuq il-bżonn ta’ azzjoni operazzjonali u qal li jekk mhux se jittieħdu d-deċiżjonijiet issa, is-sitwazzjoni se teskala.