Il-mużika u l-futbol jiltaqgħu għall-finali tat-tazza tad-dinja | One News

Notifiki

Il-mużika u l-futbol jiltaqgħu għall-finali tat-tazza tad-dinja

Tħobb il-futbol? Tħobb id-divertiment? Tħobb il-moda? Nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju hija l-ġurnata ideali għalik. It-tim organizzattiv tal- Partit Laburista, magħruf għall-avvenimenti kbar u tal-massa, se jkun qed jorganizza l-ikbar attività tal-ġurnata, attività bl-isem ta’ “Winners the Football Concert” ġewwa l-kumpless Aria, San Ġwann. Fi frażi waħda hija l-attività fejn il-futbol u l-mużika se jiltaqgħu.

Filwaqt li fil-ħamsa tixxandar fuq big screen il-finali tat-Tazza tad-Dinja, qabel u wara se jkun hemm numru ta’ attivitajiet li wieħed jieħu gost bihom żgur. L-atmosfera tvarja minn dik ta’ fan zone li ssir f’pajjiżi oħra fejn ikun hemm attivitajiet relatati mal-futbol qabel xi logħba, għal kunċert wara li tixxandar il-finali.

L-ismijiet li diġà huma parti mill-avveniment huma garanzija ta’ suċċess. Ryan Spiteri, Clint Bajada, Joe Tanti, Joseph Armani u Alvin G diġà huma lkoll fuq il-line up ta’ qabel u wara l-finali. Bħalma hi Christabelle, il-kantanta li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena. Ma’ Christabelle mistennija jingħaqdu kantanti oħra li d-dettalji dwarhom jingħataw fiż-żmien li ġej.

William Lewis, is-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, ta dettalji dwar kif “l-attività se tibda fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar b’aċċess għall-pixxina, offerti speċjali, happy hours, irkejjen tal-moda u logħob relatat mal- logħba tal-futbol sakemm eventwalment insegwu l-logħba tant mistennija fuq wieħed mill-akbar TV screens li se jkunu armati dakinhar.”

Lewis żied: “Ingħaqdu magħna f’atmosfera li se tfakkarna fl-attivitajiet tal-massa tal-Partit Laburista, atmosfera li tilqa’ fiha ’l kulħadd, minn żgħażagħ għal nies kbar fl-età, partitarji tal-futbol u oħrajn li ma jinteressahom xejn mil-logħba tal-futbol.”

Għalhekk, fittxu akkwistaw il-biljetti tagħkom online fuq showshappening.com jew inkella miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qabel ikun tard wisq. Il-biljetti qegħdin jinħatfu u l-postijiet huma limitati!

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend