“Qed nkissru u ngħerruha is-soċjeta.”
Hekk iddikjara l-emendi fil-liġi tal-IVF l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f’intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista.
Din il-ġimgħa l-emendi fil-liġi tal-IVF għaddew mill-Parlament sabiex persuni li sal-lum kienu mċaħħda milli jsiru ġenituri minħabba restrizzjonijiet kbar fil-liġi jkollhom possibilità akbar li jsiru ġenituri.
Id-deputati minn naħa tal-Oppożizzjoni ivvotaw kontra l-emendi.
Izda l-vot kontra ma kienx bizejjed, dan għaliex l-Ħadd filgħodu Adrian Delia kompla jitkellem kontra dawn l-emendi li se jagħmlu differenza f’ħajjet tant koppji li permezz tagħhom jistgħu jsiru ġenituri.
B’din il-liġi qegħdin nkissru soċjeta u ngħerruha.
Izda, wara l-vot kontra tiegħu u tal-kumplament tad-deputati tal-oppożizzjoni, Adrian Delia qal li iridu naraw kif ix-xjenza tista tgħinhom.
Aħna rridu li kull avvanz fix-xjenza titwassal lilhom.
Waqt l-intervista, Adrian Delia qal li meta l-Ħadd filgħodu daqqew il-qniepen, ftakar li kien bħal lum sena li daħal fil-politika.
Sena ilu wiegħed mod ġdid. Iżda tul din is-sena ma żammx mal-wegħda tiegħu. Dan għaliex għażel li jkompli fuq l-istill politiku tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil fejn ma jitlifx okkażjoni biex jikkritika lill-gvern.
Adrian għażel li jinjora s-suċċess li qiegħed jagħmel pajjiżna u qal li l-gvern m’għandux pjan.
Taħseb li l-gvern bla pjan? Il-gvern huwa bla pjan.
Fis-stqarrija l-Partit Laburista qal li minkejja li f’din is-sena wiegħed mod ġdid, Adrian Delia minflok qed jippjana li jieħu l-pajjiż lura u mhux ‘il quddiem.
Imaqdar kollox u m’għandu proposti għal xejn.
Il-Partit Laburista qal li jkun tajjeb li kull meta jisma’ l-qniepen idoqqu jiftakar li t-tmexxija tiegħu suppost kellha tfisser ħoss ġdid u mhux l-istess ħoss tal-qanpiena ta’ Simon Busuttil.