Arrestati 4 rġiel fuq traffikar tad-droga f'San Ġwann u f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

Arrestati 4 rġiel fuq traffikar tad-droga f’San Ġwann u f’Marsaxlokk

Raġel Malti ta’ 28 sena ġie arrestat f’Marsaxlokk wara jiem ta’ osservazzjoni mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Fil-pussess  tal-arrestat  instabu  ammont   ta’  flus  kontanti,  qratas b’sustanza  bajda suspettata droga kokaina, kif ukoll borza mdaqqsa b’sustanza suspettata droga kannabis lesti sabiex jiġu ttraffikati.

F’każ ieħor fil-lejl  ta’  bejn  it-23 u  l-24  ta’  Ġunju,  waqt  raid  li  sar  ġewwa  stabiliment  f’San  Ġwann ġew  arrestati  tliet  irġiel  Maltin  li  l-eta’  tagħhom  tvarja  bejn  it-18 u  d-49  sena.  Fil-pussess ta’ dawn il-persuni nstabet sustanza bajda suspettata droga kokaina.

Minn  ġewwa  l-istabiliment, ġie  elevat  ukoll  pouch  li  kien  fih  diversi boroż  b’sustanza bajda suspettata droga kokaina lesta sabiex tiġi traffikata.

B’dan il-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend