L-Air Malta tniżżlet fost l-aqwa linji tal-ajru fid-dinja fi klassifika tal-kumpanija AirHelp.
Airhelp hi kumpanija li toffri servizz legali lill-passiġġieri tal-linji tal-ajru li esperjenzaw dewmien jew titjiriet ikkanċellati.
Fil-paġna tal-ivvjaġġar fuq is-sit MSN irrapportat kif l-Air Malta tniżżlet fid-disa’ post fost l-aqwa 20 linji tal-ajru.
L-MSN spjega kif din il-klassifika ġiet ibbażata fuq riċerka tal-kumpanija AirHelp li bbażat ir-riżultat fuq tliet kriterji u kif jikkompetu kontra l-kompetizzjoni.
L-Air Malta ġiet imfaħħra għall-fatt li l-passiġġieri jistgħu jtellgħu abbord ikel magħhom, xi ħaġa li hi rari fuq titjiriet qosra. Spjegaw kif l-Air Malta tinsab l-ogħla fil-klassifika tal-komunikazzjoni dwar dewmien ta’ titjiriet u kif ukoll li tipprovdi ikel lill-passiġġier twil kemm ikun twil il-vjaġġ.