Jindarab gravi wara li waqa' f'shaft fiż-Żebbuġ f'Għawdex | One News

Notifiki

Jindarab gravi wara li waqa’ f’shaft fiż-Żebbuġ f’Għawdex

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’shaft fiż-Żebbuġ f’Għawdex

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħa rriġ preliminari li sar, irriżulta li Ingliż ta’ 62 sena, indarab wara li għal xi raġuni waqa’ ġ o shaft ta’ blokka ta’ appartamenti, għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizij a għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend