Jason Azzopardi allegatament ifixkel l-investigazzjonijiet fil-każ DCG – One News

Notifiki

Jason Azzopardi allegatament ifixkel l-investigazzjonijiet fil-każ DCG

L-akbar periklu għall-investigazzjonijiet kontinwi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa l-fatt li jekk dak li ġie allegat dwar id-Deputat Nazzjonalista u l-avukat Parte Civile Jason Azzopardi jirriżulta li hu veru, jiġifieir li qed jiltaqa’ mall-maġistrat inkwirenti Anthony Vella barra mill-awla ta-qorti. 

Stqarrew dan ma’ ONE News sorsi qrib l-investigazzjonijiet b’ rabta ma’ dan il-każ, li komplew issostnu li dan jista’ jkollu riperkussjonijiet serji u kbar fuq il-każ li għadu miftuħ u lill-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit il-possibilta’ ta’ involviment ta’ terzi persuni u l-mottiv wara l-qtil. 

Imkejjen oħra qalu ma’ One News li l-avukat Jason Azzopardi jista’ jkollu ukoll konflitt ta’ nteress kbir meta huwa qed jidher bhala wiehed mill-avukati parte’ civile fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’  Daphne Caruana Galizia fl-istess hin huwa deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.  

Bil-pozizzjoni tiegħu bħala avukat parte civile taghtih id-dritt li jkollu access ghal kull prova li qed tingabar fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia.

Matul l-ahhar gimghat, permezz tal-immunita’ parlamentari l-avukat Jason Azzopardi ghamel diversi allegazzjonijiet infondati u bla bazi fil-konfront tal-investigazzjoni li ghamlet il-Pulizija sa issa dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia, liema allegazzjonijiet kienu gew michuda kategorikament mill-Korp tal-Pulizija u anke s-Servizzi tas-Sigurta’.  Huwa  ghadu sal-llum il-gurnata ma regax ikkonferma jew irrepeta barra l-parlament dak li huwa allega permezz tal-immunita’ parlamentari.

Kien id-Deputat Laburista Robert Abela li nhar l-Erbgħa li għadda żvela lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jiltaqa’ barra mill-awla mall-Maġistrat Inkwirenti f’ dan il-każ Anthony Vella. 

L-istess sorsi qalu ma’ ONE News kif kwalunkwe avukat kemm difensur u anke parte civile qatt ma’ jista  jkollu kuntatt ta’ dan it-tip u allegatament frekwenti bħalma qed jiġi allegat dwar Azzopardi. 

Huma saħqu li għalhekk l-Avukat Jason Azzopardi għandu jiċċara b’ mod mill-iżjed malajr dawn id-diċerji fuqu u jekk verament  kellu dawn il-kuntatti mal-Magistrat Anthony Vella huwa ghandu jghid ir-raguni li ghaliha huwa ghamel dawn l-allegat kuntatti, u dan sabiex l-investigazzjonijiet ikomplu għaddejjin b’mod trankwill. 

Fil-Parlament id-Deputat Laburista Robert Abela wkoll qal li jistenna li Azzopardi jiċċara dak li hu qal dwaru sabiex ma’ jitqajjmux iżjed dubji dwar l-involviment tiegħu f’ dan il-każ.  

Is-Sorsi ta’ ONE News komplew jgħidu kif jekk kemm il-darba jirriżulta li dawn l-allegazzjonijiet huma vera, jiġifieri li Azzopardi qed jiltaqa’ b’ mod kontinwu mall-Maġistrat, dan għandu jagħti spjegazzjoni u jiċċara għaliex qed jagħmel dan. 

Huma fakkru kif kien Jason Azzopardi stess li talab lill-Magistrat li qed tippresjedi l-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia, kopja tar-ritratti u filmati sensittivi li l-pulizija kienet gabret b’rabta ma’ dan il-kaz, u liema dokumenti Azzopardi stess kien qal fil-qorti li huwa riedhom Matthew Caruana Galizia.  Ftit tal-jiem wara li huwa rcieva dawn l-istess dokumenti dawn spiccaw gew ippublikati fil-media internazzjonali. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend