F’operazzjoni umanitarja aktar kmieni llum il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta wasslu provvista ta’ ikel u xorb lil dawk abbord il-bastiment Lifeline.
Fuq dan il-bastiment hemm 239 immigrant fejn aktar kmieni llum kien hemm sejħa għal assistenza medika biex jiġi evakwat persuna abbord, liema assistenza ġiet irrifjutata hekk kif dawk abbord il-bastiment Lifeline sostnew li m’hemmx bżonn aktar ta’ għajnuna medika.
Minkejja dan l-AFM wasslu l-provvista ta’ ikel u xorb lil dawk abbord.