YouTube mistenni jħallas biljuni ta' ewro lill-kantanti | One News

Notifiki

YouTube mistenni jħallas biljuni ta’ ewro lill-kantanti

Artisti ta’ fama mondjali bħal Taylor Swift u Ed Sheeran jinsabu viċin li jakwistaw ħlas li jlaħħaq il-biljuni ta’ ewro wara li s-sit YouTube tilef vot kruċjali fl-Unjoni Ewropeja dwar liġijiet ġodda tal-copyright.

Tul l-aħħar jiem, wara snin twal ta’ lmenti li YouTube qiegħed jesplojta x-xena mużikali, il-Kumitat tal-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew laħaq qbil mal-industrija mużikali billi addatta liġijiet tal-copyright ġodda li jimponu siti bħal YouTube biex jħallsu liċenzji biex ixandru l-vidjos mużikali.

Helen Smith, il-Kap Eżekuttiv ta’ dan il-kumitat u r-rapreżentant ta’ ġganti fix-xena mużikali bħal Arctic Monkeys u Adele stqarret li dan il-vot qed iservi ta’ lezzjoni biex jinstab bilanċ fid-dinja diġitali. Hi żiedet tgħid li issa il-kreaturi tal-mużika jistgħu jieħdu s-sehem tagħhom fuq dak kollhu li jaħdmu fuqu.

Il-Kumpanija Youtube għanda mal-biljun u nofs klijent u hu mifhum li tagħmel qliegħ ta’ iżjed minn 13-il biljun ewro fis-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend