Servizz Speċjali għall-Isle of MTV għal nhar l-Erbgħa li ġej – One News

Notifiki

Servizz Speċjali għall-Isle of MTV għal nhar l-Erbgħa li ġej

Il-Malta Public Transport tixtieq tavża li ser topera Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku sabiex tiffaċilita l-ivjaġġar u l-aċċessibiltà ta’ dawk li ħa jattendu Isle of MTV fil-Furjana fit-27 ta’ Ġunju 2018.

Matul il-lejl ta’ 27 ta’ Ġunju, Malta Public Transport ser topera r-rotot li ġejjin:

S10: Titlaq mill-Belt Valletta fil-23:00, 23:45 & 00:30 – Raħal Ġdid (Paola) – Isla (Senglea) – Bormla (Cospicua) – Birgu (Vittoriosa) – Xgħajra – Xatt tal-Kalkara

S20: Titlaq mill-Belt Valletta kull 30 minuta bejn il-23:00 u 00:30 – Pietà – Imsida – Rue D’Argens – Mrabat – San Ġwann – Kappara – Msida

S30: Titlaq mill-Belt Valletta kull 15 minuta bejn il-23:00 u 01:00 – Imsida – Qroqq Skate Park – Birkirkara (Bypass) – Iklin – Għargħur – Naxxar – Mosta – Buġibba

S40: Titlaq mill-Belt Valletta fil-23:00, 23:45 & 00:30 – Pietà – Imsida – Birkirkara (valley) – Lija – Mosta – Mġarr – Għajn Tuffieħa

S41: Titlaq mill-Belt Valletta kull 15 minuta bejn il-23:00 u 00:30 – Pietà – Imsida – Mosta – St. Paul’s Bay – Xemxija – Mellieħa – Ċirkewwa

S50: Titlaq mill-Belt Valletta kull 15 minuta bejn il-23:00 u 00:30 – Ħamrun – Santa Venera – Fleur De Lys – Attard – Rabat – Imtarfa – Dingli – Rabat Triq N. Saura

S60: Titlaq mill-Belt Valletta kull 20 minuta bejn il-23:00 u 00:00 u l-aħħar vjaġġ huwa fin-00:30 – Ħamrun – Marsa P&R – Qormi – Żebbuġ – fiċ-Ċentru tas-Siġġiewi

S70: Titlaq mill-Belt Valletta kull 20 minuta bejn il-23:00 u 00:00 u l-aħħar vjaġġ huwa fin-00:30 – Luqa – Kirkop – Safi – Żurrieq – Qrendi – Mqabba

S80: Titlaq mill-Belt Valletta kull 20 minuta bejn il-23:00 u 00:40 – Marsa P&R – Raħal Ġdid (Paola) – Tarxien – Santa Luċija – Birżebbuġa – Għaxaq – Gudja

S90: Titlaq mill-Belt Valletta kull 20 minuta bejn il-23:00 u 00:40 – Raħal Ġdid (Paola) – Fgura – Żabbar – Marsaskala

N13: Titlaq mill-Belt Valletta (ser topera skond it-talba) – Pietà – Imsida – Gżira – Sliema (Ferries) – St. Julian’s – Paceville– Pembroke P&R

In-noll se jkun hekk: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-Tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas b’waħda mill-Explore Cards.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend