Dgħajsa b’239 immigrant fuqha tinsab bejn sema u ilma u jidher li reġa’ jista’ jkun hemm diskussjoni dwar liema hu l-port li fih għandha tidħol.
Matteo Salvini, Ministru Taljan, qed jgħid li għas-sigurtà tal-ekwipaġġ u l-immigranti għandha tidħol Malta. Filwaqt li mbagħad kien iebes fuq it-traffikar tal-persuni fejn qal li d-dgħajsa għandha tinqered u jitwaqqaf l-ekwipaġġ tagħha.
Dan għax fi kliemu għandu jieqaf it-traffikar tal-bnedmin bil-baħar. Skont Salivini, id-dgħajsa bl-isem ta’ Lifeline issa tinsab fl-ibħra Maltin. one.com.mt huwa mgħarraf li l-gvern qed isegwi mill-qrib dan l-iżvilupp u li rapporti fil-midja dwar dan il-każ mhumiex neċċesarjament korretti.