Michael Woods mhux ser jibqa' kowċ ta' St. Andrews FC | One News

Notifiki

Michael Woods mhux ser jibqa’ kowċ ta’ St. Andrews FC

Michael Woods mhux ser jibqa’ kowċ tat-tim tal-kbar ta’ St. Andrews.  Woods kien inħatar b’mod temporanju f’Jannar li għadda wara sensiela ta’ bidliet f’dawk li huma kowċis u rnexxielu jzomm lit-tim fl-għola divizjoni tal-futbol Malti.  L-ex kowċ ta’ Hibernians FC u Floriana FC kien diġà parti mill-klabb hekk kif kien qed imexxi n-nursery ta’ St. Andrews.

L-intenzjoni oriġinali kienet li Woods jibqa’ jmexxi lit-tim anke matul l-istaġun li ġej bl-għajnuna tal-Captain Joseph Farrugia iżda jidher li d-deċiżjoni inbidlet fl-aħħar sigħat.

Huwa mifhum li fil-jiem li ġejjin il-kumitat immexxi mill-president il-ġdid Craig Butler ser ikun qed qed jaħtar kowċ ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend