Statistika dwar l-istruttura tad-dejn tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea turi fost oħrajn li ftit anqas minn 26 fil-mija tad-dejn tal-Gvern Malti sar mar-residenti Maltin.
Din ir-rata hija tliet darbiet ogħla minn tal-pajjiżi Ewropej li bħala medja għandhom madwar għaxra fil-mija tad-dejn tagħhom mar-resident tagħhom stess.
Miċ-ċifri tal-Eurostat joħroġ ukoll li bi 12.2 fil-mija, il-Gvern Malti huwa l-inqas wieħed espost għad-dejn barrani. Fil-fatt 62.1 fil-mija tad-dejn tal-Gvern Malti huwa mal-istituzzjonijiet finanzjarji lokali, ewlenin fosthom il-banek.
Il-Eurostat jirrapporta wkoll li d-dejn tal-Gvern Malti fl-2017 naqas għal 50.8 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.