L-Eżekuttiv tal-Partit Laburista jaħtar żewġ uffiċjali ġodda – One News

Notifiki

L-Eżekuttiv tal-Partit Laburista jaħtar żewġ uffiċjali ġodda

B’deċizjoni unanima tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, Paula Cauchi u Christian Camilleri ġew maħtura bħala Uffiċjali għall-Opportunitajiet Indaqs fl-Eżekuttiv Nazzjonali.

Permezz ta’ din il-kariga, l-Uffiċjali Opportunitajiet Indaqs għandhom ir-responsabilita li jieħdu inizjattivi biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-eskluzjoni soċjali u jimplimentaw strateġiji kontra kull forma t’abbuż.

Paula Cauchi hija avukat u attivista fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Tul il-karriera tagħha fil-ġurnaliżmu u bħala kelliema tal-gvern għall-ugwaljanza ħadmet biex toħloq kuxjenza fuq id-diskriminazzjoni li għadha teżisti bejn is-sessi. “Nixtieq li bħala Partit nixprunaw iktar bidla fil-mentalità tas-soċjetà dwar l-ugwaljanza u nindirizzaw il-problemi li għadhom jikkawżaw diskriminazzjoni bejn individwu u ieħor” qaltilna Cauchi.

Christian Camilleri huwa gradwat bħala għalliem tal-PSCD u jaħdem mal-Kummissjoni ghad-Drittiijiet ta’ Persuni b’ Diżabilita. Ma’ one.com.mt Camilleri saħaq “se nuża’ din l-opportunità sabiex niżgura li d-drittijiet tal-minoranzi jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Laburista.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend