Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia sostna li l-operazzjoni ta’ salvataġġ tad-dgħajsa Lifeline b’aktar minn mitejn u tletin immigrant seħħet bejn il-Libja u Lampedusa.
Fi tweet, il-Ministru Farrugia ċaħad l-allegazzjoni li għamel il-Ministru Taljan Danilo Toninello meta ddikjara li Malta rrifjutat li toffri l-assistenza tagħha lill-vapur Lifeline. Il-Ministru Farrugia qal li l-Ministru Taljan kien skorett fid-dikjarazzjonijiet li għamel u saħaq li l-operazzjoni hija kkordinata mill-awtoritajiet Taljani u Malta mhix involuta.
Il-Ministru Farrugia sostna wkoll li d-dgħajsa Lifeline għandha responsabbiltà kbira xi ġġorr wara li kisret ir-regoli internazzjonali wara li ma segwitx l-istruzzjonijiet li ngħatat minn Ruma. Qal li bħalissa tinsab fl-ibħra internazzjonali tirriskja sitwazzjoni delikata.
Irrimarka li waqt li d-dgħajsa qed tgħid li qed ittajjar il-bandiera Olandiża, l-awtoritajiet Olandiżi qed jgħidu li d-dgħajsa hija rreġistrata għad-divertiment.
1/2 @danilotoninelli should get his facts right. Rescue took place in Libyan Search Rescue Region, between #Libya and #Lampedusa. The operation is coordinated by #Italy authorities. #Malta not involved.
— Michael Farrugia (@dr_micfarr) June 22, 2018
2/2 @danilotoninelli:Considerable responsibility on #Lifeline which broke international rules by not following Rome instructions. Now loitering in internat’l waters risking a delicate situation. Vessel claims Dutch flag but #Netherlands say it is simply pleasure boat registration
— Michael Farrugia (@dr_micfarr) June 22, 2018