Il-Vodafone titlef kawża kontra l-MCA – One News

Notifiki

Il-Vodafone titlef kawża kontra l-MCA

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Vodafone tilfet il-kawża li fetħet lill-Awtorita Maltija tal-Komunikazzjoni wara li ntalab ħlas għat-telefonati rrekordjati tas-Servizzi tas-Sigurta ta’ pajjiżna.

Lura fl-2005, l-Awtorità imponiet obbligazzjoni fuq il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Maltin biex parti mill-qliegħ tagħhom imur biex ikun iffinanzjat il-moniteraġġ tat-telekomunikazzjoni. Dak iż-żmien, il-kumpaniji tat-telefonija Maltin kienu argumentaw li din hi taxxa ġdida fuq dan is-servizz li tmur kontra l-prinċipji tad-direttivi Ewropej.

B’reazzjoni għat-talba tal-kumpanija Vodafone, l-Avukat Ġenerali sostna li l-qafas regolatorju li jirregola l-komunikazzjoni elettronika jippermetti li l-istati membri jieħdu dawn il-miżuri għal fini tas-sigurta u investigazzjonijiet kriminali.

Intant l-Awtorita tal-Komunikazzjoni stqarret li l-ħsieb wara d-direttiva kien li jinħoloq mekkaniżmu li fuqu jinqasmu l-ispejjeż ta’ dan is-servizz.

Minkejja li ġew provduti diversi argumenti, il-Qorti xejnet kull wieħed minnhom u ddikjarat il-kawża nulla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend