Il-Grupp Farsons iħabbar żieda fid-dħul anwali tiegħu – One News

Notifiki

Il-Grupp Farsons iħabbar żieda fid-dħul anwali tiegħu

Id-dħul tal-Grupp Farsons irreġistra żieda robusta ta’ 8% u laħaq €95 miljun, filwaqt li l-qligħ qabel it-taxxa żdied bi 18% u laħaq €13.5 miljun.

Dan tħabbar matul il-71 Laqgħa Ġenerali Annwali  ta’ Simonds Farsons Cisk, fejn fiha iċ-Ċermen ta’ Farsons is-sur Louis A. Farrugia, ta dettalji dwar il-punti finanzjarji ewlenin tas-sena kif ukoll spjega fid-dettall il-proċess li segwa l-Grupp meta kienet qed isir l-‘ispin-off’ ta’ Trident Estates, bħala kumpanija pubblika separata fl-elenku tal-Borża ta’ Malta.

Dan seħħ f’konformità mal-approvazzjoni tal-azzjonisti li ngħatat waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali preċedenti li kienet saret f’Ġunju tal-2017.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp, is-sur Norman Aquilina, ta dettalji dwar il-prestazzjoni tal-Grupp filwaqt li rrapporta li n-negozji kollha fi ħdan il-Grupp irreġistraw titjib fil-prestazzjoni tagħhom. Enfasizza wkoll li kienet qed tiżdied l-intensità tal-attività kompetittiva.

Minkejja dan, il-Grupp kien qiegħed ifittex opportunitajiet ta’ tkabbir kemm fis-suq lokali kif ukoll fl-esportazzjoni.

“Farsons tinsab f’qagħda tajba biex tikseb l-akbar benefiċċji mill-programm ta’ investimenti ta’ diversi miljuni li wettqet, filwaqt li qed tkompli ttejjeb il-brand proposition tagħha,” qal is-sur Aquilina.  
Matul il-laqgħa, kemm Dr Max Ganado kif ukoll is-sur Roderick Chalmers ma kienux  ikkontestati u għalhekk inħatru mill-ġdid bħala diretturi. Il-kompożizzjoni tal-Bord baqgħet l-istess, billi l-Barunessa Christiane Ramsay Pergola u s-sur Michael Farrugia, li rtiraw skont l-istatut tal-kumpanija, kienu ikkonfermati mill-ġdid fil-kariga tagħhom.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali approvat ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ dividend finali ta’ €2.6 miljun. B’hekk, id-dividend totali ddikjarat għas-sena tela’ għal €3.6 miljuni, mit-€3.4 miljuni tas-sena ta’ qabel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend