UEFA Europa League: Balzan ser jilgħabu kontra tim mill-Ażerbajġan | One News

Notifiki

UEFA Europa League: Balzan ser jilgħabu kontra tim mill-Ażerbajġan

Ir-runners-up tal-Kampjonat Premier Balzan FC ser jilgħabu kontra Kesla FK tal-Azerbaijan fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Ewropa League. Dan sar magħruf ilbieraħ meta telaw il-poloz fil-kwartieri tal-UEFA fl-Svizzera.

L-ewwel leg ser tintlagħab fit-12 ta’ Lulju, possibilment f’pajjiżna filwaqt li t-tieni leg ser titnlagħab ġimgħa wara, fid-19 ta’ Lulju.

Ilbieraħ saru magħrufa ukoll minn jistgħu jkunu l-avversarji tat-timijiet Maltin li qed jipparteċipaw fil-UEFA Ewropa League kemm-il darba jgħaddu mill-ewwel rawnd. L-avversarji fit-tieni rawnd huma dawn:-

Balzan FC / Kesla FK vs Milsami Orhei / Slvon Brastislava

Birkirkara FC / Kl Klaksvik / Zalgiris Vilnius vs FC Vaduz / PFC Levski Sofia

Ferencvaros / Maccabi Tel-Aviv vs Gzira United / UE Santa Julia / Radnicki NI

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend