Hekk kif illum uffiċjalment jibda s-sajf, sħaba griża ddominat il-gżejjer Maltin b’temp li qishu se tagħmel ix-xita.
Dan anki jekk fl-aħħar jiem is-sħana f’pajjiżna kienet diġà daħlet ġmielha, b’bosta jgħidu li mistenni Sajf qalil.
Minkejja li fil-jiem li għaddew ġie rrapportat ċans ta’ maltempata, ir-rapport tat-temp s’issa jidher li l-jum mistenni jkun wieħed imsaħħab bit-temp dejjem jitjieb matul il-ġimgħa u t-temperatura tinħass sa’ 32 degrees Celsius għas-sebat ijiem li ġejjin.