Rueben Debono maħtur President ta' Senglea Athletics | One News

Notifiki

Rueben Debono maħtur President ta’ Senglea Athletics

In-Nutar Rueben Debono ġie maħtur bħala l-President il-ġdid ta’ Senglea Athletics.

Matul l-istaġun li għadda Debono kien wieħed miż-żewġ Viċi-Presidenti tal-klabb, bil-Viċi President l-ieħor ikun Benny Casha. Casha fil-fatt ser iżomm l-irwol li kellu anke għall-istaġun li ġej.

Debono ser ikun qed jieħu post il-President Taljan Nicola Davolio li kien ħa l-Presidenza tat-tim wara ftehim ma’ konsorzju Taljan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend