Iġġudika l-inbid… Kompetizzjoni tal-Inbid bla ħlas fiż-Żejtun – One News

Notifiki

Iġġudika l-inbid… Kompetizzjoni tal-Inbid bla ħlas fiż-Żejtun

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed jagħti opportunità mill-isbaħ lill-għassara billi se jkun qed jorganizza s-sittax-il edizzjoni tal-Kompetizzjoni tal-Inbid nhar il-Ħamis, 5 ta’ Lulju, 2018, fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta’ San Girgor) mis-7:30 p.m. ‘il quddiem waqt lejla mużiko-letterarja, Lejla għall-Eroj.

Il-kompetizzjoni se tkun maqsuma fi tlett kategoriji; inbid aħmar, abjad u rosè. L-inbid se jkun qed jiġi ġġudikat minn ġurija esperta fuq iċ-ċarezza, il-kulur, ir-riħa, u l-palatt. Din hi opportunità għal dawk li jixtiequ li l-inbid tagħhom jiġi ġġudikat biex ikun jista’ jitjieb.

Kull reġistrazzjoni għal din il-kompetizzjoni hi bla ħlas u tista’ tapplika mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun jew minn fuq is-sit tal-Kunsill Lokali www.zejtunlocalcouncil.com. L-inbid irid jasal sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 4 ta’ Lulju, 2018 u l-kompetizzjoni hi miftuħa għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Din il-kompetizzjoni ta’ kull sena tiġi mfaħħra għall-mod l-aktar trasparenti li jiġu magħżula l-aqwa nbejjed. L-ebda ġurija ma tkun taf min hu l-għassar u l-parteċipanti jkollhom l-opportunità jsegwu kollox x’inhu għaddejj. Wara l-kompetizzjoni tiġi mgħotija karta lil kull parteċipant ta’ kif marru l-inbejjed fiċ-ċarezza, il-kulur, ir-riħa, u l-palatt.

Kull parteċipant se jkun qed jingħata ċertifikat u l-ewwel tlieta minn kull kategorija jingħataw trofew. B’hekk din hi opportunità mill-isbaħ għall-għassara kollha.

Lejla għall-Eroj, se tkun serata mużiko-letterarja mżewwqa b’għana, kant, żfin, mużika, kompetizzjoni tal-inbid, u ħafna aktar, fi Ġnien l-Għannejja Żwieten, mis-7.30 p.m. ‘il quddiem, nhar il-Ħamis, 5 ta’ Lulju, 2018, li d-dħul hu bla ħlas.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni jew tirreġistra għal din il-kompetizzjoni ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat posta elettronika fuq [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend