Emre Can viċin li jingħaqad mal-Juventus | One News

Notifiki

Emre Can viċin li jingħaqad mal-Juventus

Il-Ġermaniż Emre Can jinsab viċin ħafna li jiffirma maċ-Champions Taljani, Juventus, hekk kif dalgħodu wasal f’Turin. Can, li fl-aħħar staġuni lagħab ma’ Liverpool, spiċċalu l-kuntratt mat-tim Ingliż u għalhekk huwa plejer liberu.

Il-bianconeri ilhom għal xhur sħaħ juru interess qawwi f’dan il-midfielder u jidher li issa jinsabu viċin ħafna li jakkwistaw l-firma tiegħu.

Can deher fl-ajruport ta’ Casselle dalgħodu fejn mistenni li jagħmel it-testijiet mediċi fis-sigħat li ġejjin. Il-plejer ta’ 24 sena mistenni li jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Dan ser ikun it-tieni akkwist ta’ Juventus wara l-akkwist ta’ Mattia Perin mingħand Genoa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend