Tkompli tikber il-kundanna internazzjonali kontra l-politika tal-Istati Uniti fuq is-separazzjoni tal-familji immigranti fil-fruntiera.
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li hija mħassba ħafna dwar iż-żamma ta’ tfal f’dawk li jidhru qishom gaġeġ.
Il-Papa Franġisku qali li jappoġġja lill-isqfijiet Kattoliċi Amerikana li qalu li din kienet sitwazzjoni immorali.
Intant, il-Kungress, li jinsab f’idejn ir-Repubblikani, jinsab taħt pressjoni biex ibiddel il-politika tal-President Donald Trump.
Fil-fatt, huma qed jagħmlu minn kollox sabiex iħejju abbozz ġdid sabiex tkun indirizzata l-kritika.
U fi żvilupp separat, l-Istati Uniti telaq mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda.
Dan wara li l-mibgħuta speċjali Nikki Haley iddeskrivietu bħala fossa ta’ xaqlib politiku, ipokrita u jwaqqa għaċ-ċajt lid-drittijiet tal-bniedem.