Tifla ta’ disa’ snin tpoġġiet qiegħed tinżamm f’Dar ta’ Tfal wara li ommha ammettiet li sawtitha b’wire tal-mowbajl, bil-konsegwenza li ħallietilha marki fuq ġisimha li kienu nnutati minn awtoritajiet tal-iskola.
L-omm li dehret viżibbilment ikkonfonduta hija mara Marokkina ta’ 44 sena. Hi ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ammettiet li qabżet il-limiti ta’ dixxiplina. It-tifla ammettiet li l-marki li kellha kienu kkawżati minn ommha, bl-aġenzija Appoġġ kienet infurmata u rrappurtat il-każ lill-pulizija immedjatament.
Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras tat il-ħelsien mill-arrest lil omm fuq depożitu ta’ €150 u garanzija personali ta’ €5000.
Il-qorti ordnat ukoll li l-mara tiffirma darba fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija u li titpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni li jżommha milli tersaq b’xi mod jew ieħor lejn bintha.