Sirens FC iħabbru l-ewwel żewġ akkwisti | One News

Notifiki

Sirens FC iħabbru l-ewwel żewġ akkwisti

It-tim mill-ewwel diviżjoni Sirens FC, li matul l-istaġun li ġej ser ikunu mmexxija minn Vince Carbonaro, ħabbru l-akkwist ta’ Ryan Grech u Kane Farrugia.

Matul l-istaġun li għadda l-midfielder Ryan Grech lagħab ma’ Naxxar Lions fejn kien wieħed mill-aktar plejers importanti fl-iskwadra mmexxija minn Oliver Spiteri.  Grech, li għandu 33 sena, lagħab ma’ timijiet oħra fil-passat fosthom Mosta FC u anke Sliema Wanderers.

Min-naħa l-oħra d-difensur Kane Farrugia lagħab ma’ Mqabba FC matul l-istaġun li għadda. Huwa għandu 28 sena u matul il-karriera tiegħu lagħab ma’ bosta timijiet fosthom Mosta FC, Tarxien Rainbows, Sliema Wanderers u Floriana FC.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend