BIL-FILMAT: Qrib ċentri tal-IVF barra minn Malta – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Qrib ċentri tal-IVF barra minn Malta

“Emendi li ġabuna qrib ta’ xi qiegħed jiġri f’ċentri tal-IVF barra minn Malta.”

Hekk iddeskriva l-emendi fil-liġi tal-IVF li għaddew mill-Parlament t-Tlieta filgħaxija, l-Ġinekologu Johann Craus.

“Ġejna qrib IVF centres barra minn Malta. Kunċett tal-‘freezing’ u jeżisti  barra minn Malta u qisa ġejna bħalhom u xi ħaġa pożittiv għalina tobba.”

Emendi li fost oħrajn se jgħinu lil nisa avvanzati fl-eta, ikollhom aktar possibilita li jsiru ġenituri.

Il-Ġinekologu Johann Craus tkellem dwar din ir-realta u kif hemm  sebgħa u ħamsin mara ta’ ’l fuq minn erbgħin sena li hemm possibilita li l-ħolma tagħhom isir realta u jsiru ġenituri.

“Mara ta’ erbgħin sena ….”

F’messaġġ fuq Facebook l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bħala gvern ninsabu kburin li għal darba oħra erġajna wettaqna l-istorja flimkien.

Dan wara li l-Gvern ngħata l-mandat mill-poplu biex iwettaq liġi aktar moderna, aktar ibbazzata fuq ix-xjenza biex tagħti opportunita lill-aktar familji jiġu iffurmati.

“Lil mijiet tan-nisa, lil mijiet ta’ irġiel, lil mijiet ta’ persuni koppji biex jiffurmaw l-familja taghom. Mhux se niddiskriminahom kontra persuni ta’ eta’ ikbar u gays. Għalhekk kburi pajjizna. U ninsabu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend