Paul Bailey bl-ogħla ċertifikazzjoni ta’ sewqan – One News

Notifiki

Paul Bailey bl-ogħla ċertifikazzjoni ta’ sewqan

Paul Bailey, ix-xufier li kien qed isuq il-karozza Porsche Spider f’Paqpaqli ghall-Istrina tal-elfejn u ħmistax, kellu l-liċenzji kollha meħtieġa biex isuq il-karozza.

Dan qalu fil-qorti, uffiċjal tal-Assoċjazzjoni sportiva tal-muturi tar-Renju Unit b’rabta mal-każ ta’ Paqpaqli li ħalla tlieta u għoxrin persuna midruba.

Simon Blunt, kien qed jixhed b’video conference bħala parti mill-kumpilazzjoni tax-xhieda ta’ Bailey u l-eks kumitat ta’ Paqpaqli ghall-Istrina.

Huwa fisser kif Bailey kellu liċenzja nazzjonali A u B u dik internazzjonali Ċ – deskritti bħala l-ogħla forma ta’ liċenzja li tista’ tingħata għat-tlielaq GT.

L-avukat tad-difiża, Joseph Giglio intervjena sabiex jagħmilha ċara li l-avveniment ta’ Paqpaqli ma kien jinvolvi l-ebda tiġrija kompettitiva bil-karozzi.

Minkejja dan, Blunt qal li li kieku ma kienx hemm element kompetittiv, ma kinux se jkunu involuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend