Il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ Cecila Malmstrom qalet li l-Unjoni Ewropea se tniedi numru ta’ tariffi fuq l-esportazzjoni mill-Istati Uniti.
Dan b’ritaljazzjoni wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump impona tariffi għoljin fuq l-azzar u l-aluminjum iktar kmieni dax-xahar.
Malmstrom qalet li fil-mira tal-Unjoni Ewropea hemm il-qliezet tal-jeans, muturi u whiskey, fost oħrajn.
Spjegat kif l-Unjoni Ewropea ma xtaqitx li tkun f’dil-pożizzjoni, iżda d-deċiżjoni mhux ġustifikata tal-Istati Uniti ma ħalliet ebda għażla oħra.