BIL-FILMAT: "Għamel ġimgħa jiġġieled wara li vvelenawh iżda ma rnexxilux" | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Għamel ġimgħa jiġġieled wara li vvelenawh iżda ma rnexxilux”

L-aħħar wirja ta’ Omar fl-arena tal-kompetizzjoni tal-klieb waslitu għall-aħħar vjaġġ ta’ ħajtu.  Hekk saħaq ma’ One News Shawn Azzopardi li spjega kif il-kelb tiegħu tar-razza Doberman inqatel kawża ta’ avvelenament:

“Din għalih kienet l-aħħar show. Omar issa rebaħ m’għandu bżonn juri xejn lil ħadd – junior champion ta’ sitt pajjizi, adult pajjizi ta’ sitt pajjizi.  Il-kelb kien jieħu pjaċir imma l-kelb issa jixraqlu jgħix ħajja normali.”

Ma’ One News, Shawn Azzopardi spjega kif minkejja li ftit li xejn kien joħorġu barra, ġimgħa ilu Omar ħa sehem fil-kompetizzjoni Champion of Champions li saret fil-ground tal-Mosta:

“Is-Sibt daħħalnih fir-ring u l-kelb ma mexiex sew u safrattant rbaħt bil-kelb l-iehor Blade.”

Shawn semma kif minkejja li l-Ħadd il-kelb kien jidher normali, wara li qasmu il-fliegu l-Omar ma kienx qed iħossu sew tant illi beda jintefaħ.

Bżajna li forsi bis-sħana ħsiltu bl-ilma kiesaħ imma l-Ħadd filghaxija reġa’ ma kienx sew.

Shawn spjega kif malli ħasluh l-kelb beda jirkupra; madankollu malli beda jerġa jħossu iżda t-Tnejn sarulu l-eżamijiet mediċi kollha fejn Pasha Omar fejn mit-testijiet tad-demm irriżulta li l-kelb bela xi velenu.

Inzerta li kien kelb b’saħħtu ta’ karattru sod ħafna u għamel ġimgħa jipprova jegħleb imma ma rnexxilux x’ħin għamilnilu l-awtospja s-sintomi tal-avvelenament deheru minn ġewwa u mhux minn barra u l unika żewġ affarijiet li sibnilu huma biċċtejn fwied imnexfin ħafna li l-ġisem ma’ rnexxilux jiddiġestihom.

Minkejja li Omar kien qed jirċievi l-kura sabiex jirkupra minn dan l-inċident, sfortunatament tilef il-battalja mal-mewt.

Li jiddispjacini li l kelb miet- miet intortament u bata biex miet- bil-mediċina li bdejna ntuħ ma kienx batut imma l-ahhar ħames minuti ta’ ħajtu ma kienux sbieħ.

Minkejja li d-destin ta’ dan id-doberman intemm ħesrem, sidu jiddeskrivih bħala kelb uniku.

Sabiħ, ferrieħi, proud bih innifsu- maħbub minn kull min għamilha miegħu u kien jibqa’ jagħraf lil kulħadd qisu bniedem irid isellem il-kulħadd ha jibqa jurih li jafu- jaghrfu jajjatlu jferfer denbu- Omar kien Omar difficli biex ikun hemm ieħor bħalu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend