Is-siġar tal-pjazza ta' Raħal Ġdid: Rilokati f'ġonna oħra | One News

Notifiki

Is-siġar tal-pjazza ta’ Raħal Ġdid: Rilokati f’ġonna oħra

Is-siġar kollha li kienu jdawru l-pjazza ta’ Raħal Ġdid qabel bedà l-proġett ta’ rinovar, ġew rilokati għal żoni oħra fl-istess raħal biex b’hekk l-ebda siġra ma’ ġiet meqruda għajr għal waħda li kellha l-għeruq tagħha mdawra mas-servizzi tal-elettriku.

ONE News ltaqà mal-Perit tal-proġett Chris Mintoff ftit passi l-bogħod miċ-ċimiterju tal-Addolorata, wieħed mill-postijiet fejn reġgħu tħawla 34 siġra fejn spjega kif dan il-proċess inqasam fuq żewġt fażijiet li assiguraw li s-siġar ma ssirilomx ħsara.

“L-ewwel ġew prunjati kien żmien kiesaħ ħalli s-siġra tilħaq torqod naqra. minn hemm għamilna trinka madwar kull siġra, qlajniha bl-għeruq b’kollox imbgħad ġibnihom hawnhekk fid-daħla tal-addolorata fejn is-siġar issa ħafna minnhom ħadu r-ruħ u qed jikbru. Fit-tieni fażi, biex nagħtu ċans l-ekosistema tibbilanċja naqra għamilna l-istess ħaġa pero siġar li tneħħew f’dik il-fażi tpoġġew f’wied blandun u ġnien il-mediterran.”

Il-Perit Mintoff spjega wkoll li anke li kieku ma sarx il-proġett tal-pjazza, xorta kien se jasal iż-żmien li dawn jitneħħew minħabba ħsarat estensivi li kienu qed jikkawżaw fuq l-infrastruttura tas-servizzi u r-residenzi privati.

“Bdew jaqilgħu it-triq iġifieri bdiet tispiċċa bit-tumbati, il-pedonal beda l-ħin kollhu jinqala u anke kien hemm min waqà minħabba l-art maqlugħa. Kien hemm ukoll problemi fis-servizzi filfatt kien hemm siġra minnhom kienet mdawra mal-cables tad-dawl u kienet l-unika siġra li ma stajniex insalvaw.”

Dwar pavimentar li sar minflok l-asfalt fit-triq prinċipali, il-perit spjega kif l-effett li jħalli dak il-materjal fuq l-esperjenza tas-sewqan hi magħmula bi ħsieb biex wieħed iżomm mal-limitu tal-veloċità stipulata bil-liġi – dak ta’ tletin kilometru fis-siegħa.

“Il-pavimentar tal-pjazza sar bil-porfido materjal apposta biex inti u ssuq fuqu b’iżjed minn ċertu speed, iktar minn tletin kilometru fis-siegħa, tibda tħoss l-iskossi b’tali mod li jdejquk. dik hi design apposta biex min ikun qed jgħaġġel iżjed milli suppost fiċ-ċentru tal-lokal, ikun skomdu u bla ma jrid inaqqas il-veloċità.”

Il-Perit Mintoff spjega wkoll li biex tkun assigurata arja pura u nadifa fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid tmħawla 34 siġra li magħhom hemm il-pjan li jiżdiedu għadd ta’ rqajja ta’ ħaxix u “bushes” żgħar.

Intant is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li se jkompli jaħdem bla waqfien biex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tkun waħda mill-isbaħ pjazez f’Malta. Dan minkejja li fl-aħħar sigħat persuna hedditu b’ħajtu meta kitbet li min kien involut fil-proġett tal-Pjazza għandhom jisparawlu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend