Il-Medavia erbgħin sena f’Malta – One News

Notifiki

Il-Medavia erbgħin sena f’Malta

“Aħna qegħdin hawn biex nibqgħu, sabiex inkomplu din l-istorja ta’ suċċess.”

Kliem Ivan Refalo il-kap tar-riżorsi umani u tal-komunikazzjoni tal-kumpanija tal-avjazzjoni Medavia, f’għeluq l-erbgħin sena tal-Medavia f’Malta.

 “We are here to stay kellna d-diffikultajiet tagħna pero għelibnihom.”

F’għeluq dan l-anniversarju importanti, din il-kumpanija tal-avjazzjoni qiegħda twettaq investiment ta’ zewġ miljun ewro.

Investiment li jinkludi xiri ta’ għodod speċjalizzati, investiment fil-hanger u ukoll investiment fil-ħaddiema tal-Medavia.

Il-kumpanija tħadem mitejn impjegat, fejn is-sena li għaddiet impjegat tletin impjegat ġdid. Bil-ħsieb huwa li jkomplu jiġu ingaġġati aktar ħaddiema.

Ħaddiema li l-kumpanija tinvesti fihom fejn jingħataw opportunità ta’ taħriġ kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.

Ivan Refalo spjega kif il-kumpanija Medavia ingħatat l-approvazzjoni mill-kumpanijia ATR għal manutenzzjoni tal-ajruplani.

“Għandna l-“approval” tagħhom. Hija kumpanija kbira u kumpanija nilqugħha bħala pożittiv.”

Fi zjara li għamel l-Ministru għall-ekonomija Chris Cardona faħħar l-impenn u l-ħidma tal-kumpanija Medavia. Spjega kif is-settur tal-avjazzjoni jikkontribwixi fl-ekonomija maltija.

“Kumpanija tas-suċċess u aħna għalhekk qegħdin hawn biex naraw lil din il-kumpanija timxi l-quddiem.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend