Il-Kannabis rekreazzjonali issa legali fil-Kanada | One News

Notifiki

Il-Kannabis rekreazzjonali issa legali fil-Kanada

Il-Parlament Kanadiż approva l-użu tal-kannabis rekreazzjonali. Dan wara li l-Att kontroversjali għadda mis-Senat b’52 vot favur u 29 kontra.

Issa, il-marijuana għal użu oltre minn dak mediċinali se tkun tista tiġi mkabbra u mibjugħa fil-pajjiż minn Settembru li ġej wara li l-użu tagħha kien ilu att kriminali mill-1923. Minkejja dan, il-kannabis mediċinali ilha tintuża mill-2001.

Il-Kanada hija t-tieni pajjiż fid-dinja li llegalizzat l-użu tal-kannabis wara l-Uruguay, fl-2013.

Fi tweet, il-Prim Ministru Kanadiż esprima s-sodisfazzjon għal din il-bidla tant mistennija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend