Il-Gvern Malti qal li jinsab sorpriż bil-kummenti tal-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio meta rabat il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-interconnecter bejn Malta u Sqallija.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li Malta tixtri l-enerġija mill-grid Ewropew permezz tal-interconnector, u x-xiri jsir bir-rati kummerċjali minn diversi fornituri Ewropej.
L-istqarrija kompliet tgħid li l-ftehim dwar l-interconnector huwa rregolat mir-regoli Ewropej u jispeċifika l-kapaċità minima u massima, u ċ-ċirkostanzi meta l-kapaċita tista’ titnaqqas.
Il-Gvern Malti qal li jinsab fiduċjuż li l-awtoritajiet kompetenti Taljani se jiġbdu l-attenzjoni tad-Deputat Prim Ministru tagħhom li l-ftehim huwa rregolat mir-rule of law.
Dan filwaqt li sitwazzjoni bħal din juri kemm Gvern Laburista għamel pass għaqli meta investa fl-impjanti tal-enerġija, u għaldaqstant Malta tista’ tistrieħ fuq l-impjanti tagħha għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li għandha bżonn.
L-istqarrija temmet tgħid li l-interconnector jintuża bħala taħlita tal-enerġija li tifforma parti mill-politika tal-enerġija