Il-Festa tal-Imnarja fil-Buskett – One News

Notifiki

Il-Festa tal-Imnarja fil-Buskett

Ġimgħa ‘l bogħod mill-Festa tal-Imnarja,  fil-Buskett għaddejjin fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għal din il-festa tradizzjonali.

Il-Fest tal-Imnarja se tiġi iċċelebrata bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla. Il-Buskett jinbidel f’villaġġ agrikolu fejn l-bdiewa u r-raħħala jingħataw l-opportunità li jesebixu l-frott u l-ħxejjex tagħhom.

Filfatt, Anna Zahra li ilha snin taħdem ir-raba’ spjegat kif l-Imnarja hija festa ta’ ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li huwa prodott malti.

“Ix-xahar ta’ Ġunju xahar nippreparaw festa sabiħa għalina. Nieħdu gost nipparteċipaw.”

F’konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa filgħodu ngħataw id-dettalji b’rabta mal-festa tal-Imnarja ku tfajjar iż-żewġ qaddisin San Pietru u San Pawl. Festa li qiegħda tiġi organizzata mis-segretarjat parlamentari għall-agrikultura u d-drittijiet tal-animali u t-taqsima festi rurali u s-soċjeta agrarja .

Il-Festa tibda lejlet l-Imnarja, b’parata li titlaq minn fuq is-Saqqajja u tidħol fil-Buskett bil-pubbliku jkollu lejl ta’ divertiment.

Il-Buskett se jkun ikkaraterizzat minn dak kollu li hu Malti bħal mużika, żfin folkloristiku, għana u ma jonqosx ikel bnin u tradizzjonali Malti.

L-għada l-Ġimgħa l-Buskett jisbaħ kmieni bil-wasla ta’ diversi bhejjem bħal baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel , ħmier u klieb li fost oħrajn se jipparteċipaw f’kompetizzjoni ta’ sbuħija.

Is-segretarju parlamentari  Clint Camilleri tkellem dwar l-importanza li din il-festa tinżamm ħajja. Festa li sejjaħ bħala opportunità għal pubbliku sabiex jiltaqa’ mal-bdiewa u r-raħħala u jitkellem magħhom dwar ix-xogħol importanti tagħhom fl-ambjent Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend