Fil-Mellieħa nstabu vvelenati 5 iqtates fi Triq ix-Xagħra Ta’ Barra.
Dan ġie żvelat minn mara li b’mod dedikat ta’ kuljum titma lil dawn il-qtates fejn f’post fuq il-media soċjali esprimiet id-diżappunt tagħha li kien hawn min wasal biex għamel biċċa bħal din.
Jidher li sa issa għadu mhux magħruf min kien il-moħħ wara dan il-każ.