Jason Azzopardi reġa' gideb | One News

Notifiki

Jason Azzopardi reġa’ gideb

Id-Deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, reġa’ gideb u abbuża mill-privileġġ parlamentari.

Fis-seduta parlamentari tat-Tlieta filgħaxija, Jason Azzopardi allega li d-Deputat Laburista Robert Abela seta’ kellu aċċess għal tagħrif tas-Servizzi tas-Sigurtà ta’ Malta.

Jason Azzopardi rrefera għal dikjarazzjonijiet li għamel id-Deputat Robert Abela f’laqgħa ma’ tliet Membri tal-Parlament Ewropew – Ana Gomes, Sven Giegold u David Casa.

Hawnhekk Jason Azzopardi qal li jekk mhux għax kellu aċċess illegali għal interċettazzjonijiet tat-telefonati, Robert Abela kien qed jigdeb jew jibblaffja.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li f’dan il-każ ukoll huwa Jason Azzopardi l-uniku bniedem li qed jigdeb.

Agħar minn hekk qiegħed jagħmel dan taħt il-privileġġ parlamentari biex qed jibqa’ jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu ta’ deputat.

Il-Partit Laburista zied li d-deputat laburista Robert Abela, flimkien ma’ deputati Laburisti oħra, kien qed jaqbeż għal Malta quddiem l-attakki inġusti orkestrati mill-Partit Nazzjonalista.

F’din il-laqgħa Dr Abela irrefera għal stqarrija tal-istess Servizzi ta’ Sigurtà fejn kienet miċħuda l-akkuża ta’ Azzopardi, li seta’ kellhom xi informazzjoni ta’ kwalunkwe xorta minn qabel dwar pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.

Dwar dawn l-aħħar żviluppi d-deputat Roberta Abela qal li għal darb’oħra, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed turi li lesta tasal għal kollox biex tkompli tattakka isem Malta.

Iżda, sostna li pajjiżna se jibqa’ jsib lilna jiddefendih.

Aġir bħal dan ikompli juri wkoll kif fil-Partit nazzjonalista baqa’ kollox l-istess minkejja l-mod ġdid li wiegħed Adrian Delia – temm jgħid id-deputat laburista Robert Abela.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend