Allegazzjonijiet skorretti dwar il-kwistjoni tas-siġar fil-Pjazza ta' Raħal Ġdid | One News

Notifiki

Allegazzjonijiet skorretti dwar il-kwistjoni tas-siġar fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li allegazzjonijiet li siġar fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid inqerdu, huma skorretti.

Fuq Facebook, Parnis qal li s-siġar li qabel kien hemm fil-pjazza llum jinsabu mħawlin x’imkien ieħor, fosthom f’Wied Blandun u fi Ġnien il-Mediterran. Dan il-proċess sar minn diversi esperti wara li ttieħdu pariri minn diversi ambjentalisti.

Fil-Pjazza tħawlu siġar oħra li jridu ż-żmien tagħhom biex jikbru.

Bħalissa l-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex jiġġenera Ġnien il-Mediterran li għal xi żmien tħalla fi stat ta’ abbandun. Illum qed jiżdiedu s-siġar fih, qed isiru l-bankini u passaġġi biex dak li jkun jgħaddi minnu b’mod aktar faċli. Fl-istess ħin, il-ġnien se jkun imdawwal aħjar u qed isir ġibjun u sistema ta’ irrigation tal-ogħla livell biex is-siġar ta’ dan il-ġnien ikunu jistgħu jissaqqew b’mod professjonali.

“Kif wieħed jista’ jara tul dan il-proġett dejjem tajna prijorità lill-ambjent ta’ madwarna u fl-aħħar se jkollna ġnien ta’ 30 tomna fin-naħa t’isfel ta’ Malta li jkun jista’ jgawdih kull min iżur Raħal Ġdid”- qal Silvio Parnis.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend