1,839 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'Malta fl-2017 | One News

Notifiki

1,839 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f’Malta fl-2017

Matul is-sena li għaddiet, Malta rċiviet total ta’ 1,839 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Dan l-ammont li rċieva l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jfisser tnaqqis ta’ 4.6%  fuq is-sena ta’ qabel.

Dan skont  statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-Jum Dinji għar-Refuġjati, li fiha kien imfisser kif matul l-2017, ma kienu rrapurtati l-ebda wasliet bid-dgħajjes f’Malta, b’20 persuna li kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani inġabru minn ħelikopter waqt li kienu bejn sema u ilma u ddaħħlu f’pajjiżna. Meta ġew annalizati l-applikazzjonijiet għall-ażil fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, Malta kklasifikat fir-raba’ post wara l-Greċja, Ċipru u l-Lussemburgu. Kważi żewġ terzi tal-applikanti kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani, b’sebgħa u tletin punt tlieta fil-mija minnhom kienu ċittadini Libjani. Proporzjoni kbir tal-applikanti kienu maskili bl-eta tagħhom tvarja bejn it-18 u l-34 sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend