BIL-FILMAT: Robert Abela jitlob t-trasparenza fil-konfront tal-allegazzjonijiet fuq Jason Azzopardi – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Robert Abela jitlob t-trasparenza fil-konfront tal-allegazzjonijiet fuq Jason Azzopardi

Fis-seduta parlamentari tal-illejla, id-deputat laburista Robert Abela appella lill-membru parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi biex jiddikjara jekk huwiex minnu li huwa kellu jew qed ikollu laqgħat barra l-awla, mal-Maġistrat Anthony Vella, li qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Robert Abela qal li jekk huwa minnu, dan huwa serju. Mill-ġdid Robert Abela xejjen l-allegazzjonijiet ta’ Jason Azzopardi li kellu aċċess għall-interċettazzjonijiet telefoniċi mill-awtoritajiet dwar il-każ ta’ Caruana Galizia.

Huwa appella sabiex il-ġustizzja titħalla tagħmel xogħolha għax huwa fl-interess tal-poplu Malti li tkun magħrufa l-verita ta’ min qatel lil Daphne Caruana Galizia. Madankollu huwa qal li jinsab inkwetat li Jason Azzopardi bħala l-avukat tal-parte civile u l-familjari tal-vittma mhux dejjem għandhom l-interess li jħallu l-ġustizzja tagħmel xogħolha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend