Tliet persuni mietu, u oħrajn indarbu, wara li sfaw vittmi ta’ sparaturi li seħħew tard it-Tnejn filgħaxija f’Malmo, fl-Iżvezja.
Dan waqt li miġgħema kbira ta’ Żvediżi kienu barra jiċċelebraw ir-rebħa tat-tim nazzjonali tal-futbol fuq it-tim Korean. Il-vittmi, huma tliet irġiel, bl-etajiet ta’ dsatax, sebgħa u għoxrin, u disgħa u għoxrin sena.
Ġie rrappurtat kif għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, qrib għassa tal-Pulizija fil-kapitali Żvediża, waqfet karozza, li minnha ħareġ raġel li fetaħ in-nar fuq il-folla.
Xhieda qalu li semgħu madwar għoxrin tir.
Intant il-Pulizija qalu li għadhom qed ifittxu lill-agressur, li ħarab minn fuq il-post permezz ta’ karozza. Huma kkonfermaw li dan l-attakk ma kienx terroristiku, iżda x’aktar marbut ma’ gruppi kriminali.