Raġel jintlaqat minn vettura fil-Belt Valletta – One News

Notifiki

Raġel jintlaqat minn vettura fil-Belt Valletta

Raġel intlaqat minn vettura għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 42 sena, residenti l-Imsida, għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Ford Connect li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena li joqgħod il-Ħamrun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend