ARA: Pazjenta fl-isptar Mater Dei titlob talba partikolari dwar il-Pupa tagħha | One News

ARA: Pazjenta fl-isptar Mater Dei titlob talba partikolari dwar il-Pupa tagħha

Aktar kmieni llum l-istaff tal-isptar Mater Dei ġie mitlub talba partikolari mingħand pazjenta li ddaħħlet l-isptar ftit jiem biss ilu. Ġara li meta l-pazjenta ttieħdet l-isptar, ħalliet wara lil Pupa; kelba ċkejkna u bdiet tinkwieta dwarha.

Wara li saru l-arranġament meħtieġa u anke koordinazzjoni bejn il-pulizija tad-distrett tal-Ħamrun, is-sezzjoni tal-Animal Welfare u Moira Delia, l-istaff irnexxielu jintervjeni fejn sabu lil Pupa waħedha; tawha x’tiekol u x’tixrob u ħaduha ġo xelter sakemm sidtha stess terġa’ tmur lura tiġborha la tirrikovera ruħha mill-isptar Mater Dei.

Ġest tassew ħelu mill-istaff tal-isptar Mater Dei.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend