ARA: It-Teatru Manoel se jilqa' waħda mill-aqwa orkestri fid-dinja | One News

Notifiki

ARA: It-Teatru Manoel se jilqa’ waħda mill-aqwa orkestri fid-dinja

45 mużiċist u mużiċista tal-orkestra Royal Concertgebouw se jallegraw lill-udjenza fit-Teatru Manoel fl-1 ta’ Lulju li ġej.

Fuq il-palk li se jilqa’ lil waħda mill-aqwa orkestri fid-dinja, intqal li hemm imħejji programm uniku u interessanti bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Arti.

Xhur ta’ ħidma u sinerġija bejn Festivals Malta, V18 u Teatru Manoel se tirriżulta biex orkestra bi storja ta’ suċċessi se tiġi f’pajjiżna u saħansitra tagħti ċ-ċans lil żgħażagħ Maltin idoqqu magħha.

Preżenti għat-tnedija uffiċjali tal-kunċert kien hemm il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend