Il-kawża ta’ l-avukat Azzopardi hi diskrimintorja u tweġġa’ lil bosta nies – One News

Notifiki

Il-kawża ta’ l-avukat Azzopardi hi diskrimintorja u tweġġa’ lil bosta nies

Il-Gvern innota l-kawża kostituzzjonali li ppreżenta l-Avukat Tonio Azzopardi kontra l-abbozz ta’ liġi li se jsir vot dwarha iktar tard illum.

Fi stqarrija il-Gvern qal li Dr Azzopardi bħala ċittadin li jgħix f’demokrazija taħdem għandu kull dritt li jippreżenta kawża simili. Madanakollu ta’ min wieħed jirrimarka li l-liġi li se tiġi approvata hi frott ta’ proċess demokratiku li beda minn elezzjoni ġenerali, wara diversi xhur ta’ konsultazzjoni u wara li l-liġi għaddiet minn diversi stadji parlamentari.

Żied jgħid li iktar minn hekk, jidher li fil-mertu tal-kawża Dr Azzopardi qal, fost l-oħrajn, li, “Il-kunċett ta’ ġenituri waħedhom (single parents) li b’mod intenzjonat se jwelldu tfal li mhux se jkollhom omm jew missier mhux fl-interess tat-tfal u jikkostitwixxi trattament inuman u degradanti”.

Il-Gvern qal li ma jistax jaċċetta kwalunkwe diskors simili li jweġġa’ lil kull ġenitur waħdu (single parents). Iktar minn hekk il-Gvern sostna li jiddisasoċja ruħu mill-mod kif bil-kawża tiegħu qed jgħid ukoll li, “Il-prokreazzjoni għandha sseħħ fil-kuntest ta’ relazzjonijiet bejn raġel u mara biss”. Din minnha nnifisha hi kawża diskriminatorja li tweġġa’ diversi persuni.

Il-kawża kif inhi hi maħsuba biex twaqqaf iktar ommijiet u missirijiet milli jsiru ġenituri permezz ta’ proċess usa’ ta’ IVF li jilħaq iktar persuni li ma jistax ikollhom ulied temm jgħid il-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend