Direttorju onlajn li jiffaċilita u jgħin negozji f'pajjiżna | One News

Notifiki

Direttorju onlajn li jiffaċilita u jgħin negozji f’pajjiżna

Tnieda s-sit elettroniku http://index.maltaemployers.com li se jiffaċilita u joffri pjattaforma mhux biss għal negozji stabbiliti f’pajjiżna, iżda anki għal dawk li jaspiraw li jiftħu negozju.

Din l-għodda onlajn, inizjattiva tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, qed tiffaċilita l-mod li bih wieħed jista’ jagħraf il-burokrazija ta’ diversi dipartimenti u entitajiet governattivi.

Fid-direttorju tal-MEAINDEX diġà hemm reġistrati aktar minn 170 entità, li qed jikkollaboraw bis-sħiħ biex din l-inizjattiva tkun ta’ suċċess.

Waqt preżentazzjoni dettaljata li matulha ġie spjegat kif taħdem il-MEAINDEX, intqal li s-sit elettroniku qed iservi ta’ gwida biex jiffaċilita l-komunikazzjoni fil-komunità kummerċjali f’pajjiżna fl-istess waqt li jservi ta’ punt ta’ referenza ewlieni għal dawk kollha kkonċernati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend