Tlieta mejta u 200 midruba wara terremot qawwi fil-Ġappun | One News

Notifiki

Tlieta mejta u 200 midruba wara terremot qawwi fil-Ġappun

Terremot qawwi f’Osaka fil-Ġappun qatel minn tal-inqas tliet persuni, fosthom tarbija, fejn indarbu madwar 200 persuna oħra. 

L-ajruporti li jinsabu fiż-żona ngħalqu għal diversi sigħat, filwaqt li twaqqaf is-servizz tal-ferroviji u twaqqfet il-ħidma tal-fabbriki fil-madwar.

Fortunatament it-terremot ta’ qawwa 6.1 ma ħoloqx allarm kbir hekk kif l-impjanti nukleari fil-madwar baqgħu joperaw normali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend