Jinżamm arrestat mixli li stupra tfajla wara li stedinha tidħol għandu – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat mixli li stupra tfajla wara li stedinha tidħol għandu

Libjan inżamm arrestat wara li allegatament stupra żagħżugħa Maltija ta’ wieħed u għoxrin sena.

Ir-reat seħħ fit-tnax ta’ Ġunju li għadda ġewwa r-residenza tiegħu wara li allegatament stiedinha tmur għandu wara li kien għamel ħabib magħha waqt li kienet taħdem f’ħanut tal-kafe fil-Belt.
Dakinhar tar-reat, hekk kif it-tfajla xibret mill-bieb ‘il ġewwa żammha kontra r-rieda tagħha sakemm stupraha.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bid-difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest, madanakollu l-Qorti ċaħdet għalekk huwa se jibqa arrestat fil-faċilita korrettiva ta’ Kordin.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend